Chrizaya Attard, fl-ewwel post fil-kompetizzjoni – The Best Model of Europe – Kids

Blog

Kompetizzjoni tal-immudellar li ttellgħet fl-aħħar jiem f’Lloret del Mar, f’Barcellona fi Spanja. Fl-istess kompetizzjoni, Slavin Col Schembri ta’ 7 snin ukoll ġie kklassifikat fit-tieni post tal-kategoija tas-subien.

Fil-kompetizzjoni ħadu sehem ukoll parteċipanti minn Spanja, l-Italja, l-Ukraina u r-Rumanija.

Fi stqarrija, l-aġenzija tal-immudellar Miss Malta Modelling Agency qalet li fil-kompetizzjoni, il-parteċipanti Maltin kellhom l-opportunità juru t-talenti tagħhom tal-kant.

Id-direttur tal-Aġenizja Kersten Borg qal li dan hu biss il-bidu għal dawn iż-żewġ mudelli Maltin. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu mhux biss għall-kisbiet tagħhom iżda fuq kollox għax-xogħol iebes li għamlu u li wassalhom għal dan is-suċċess. Qal li minkejja l-età żgħira tagħhom, Chrizaja u Slavin urew determinazzjoni u passjoni għal dak li jemmnu fih, kwalità li fi kliemu mhix biss għandha tkun ta’ ispirazzjoni għal tfal oħra tamparhom iżda wkoll għall-kbar